Source text in English |
Winning entries could not be determined in this language pair.There were 2 entries submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Insomma, stembaħt il-Ħadd filgħodu Bla ma stajt inżomm rasi mingħajr weġgħa. U l-birra ta’ filgħodu kienet tajba, Allura għad-diżerta hadt birra oħra. Imbagħad fittixt fost ħwejġi fil-gradenza U sibt il-qmis l-inqas maħmuġa. Ħsilt wiċċi w għamilt xagħri U nżilt it-taraġ biex niffaċja l-jum Il-lejl ta’ qabel kont imlejt moħħi bid-duħħan Tas-sigarretti u l-ghanjiet li kont daqqejt. Iżd’issa xorta qabbadt ieħor u qadt nosserva tifel Jagħti bis-sieq lil landa vojta. Imbagħad qsamt it-triq U xammejt riħa ta’ xi hadd jaqli tiġieġa U balleċ, fakkritni f’xi ħaġa li kont tlift, B’xi mod, x’imkien, matul it-triq. Fuq bankina l-Ħadd filghodu Nixtieq li kont imdamdam. Għax il-Ħadd għandu xi haġa Li ġġieghlek tħossok waħdek. U ħlief il-mewt m’hemm xejn Ta’ dieqa daqs il-ħoss Ta’ bankina f’belt li għada rieqda, U nieżel il-Ħadd filgħodu. Fil-ġnien rajt missier Ibandal tifla ckejkna kollha daħq. U waqaft ħdejn tad-duttrina Nissemma’ l-innijiet li qed ilissnu. Imbaghad komplejt fit-triq, Fil-bogħod ħoss ta’ qanpiena waħdanija Jiddi fil-wied Bħall-ħolm tal-bieraħ li qed jisparixxi. | Entry #14755 — Discuss ![]()
|
Il-Ħadd Filgħodu, Nieżel Nieżel Imbagħad qomt il-Ħadd filgħodu Nagħmel x’nagħmel, l-uġiegħ f’rasi ma jtaffix. U l-birra li nftart biha niżlet għasel Tant li niżżilt oħra għad-diżerta. Mort gerfixt fil-gwardarrobba qalb il-ħwejjeġ Sakemm sibt qmis mhux wisq maħmuġa. Imbagħad ħsilt wiċċi, imxatt xagħari U, kif stajt, inżilt it-taraġ, nilqa’ l-jum. Il-lejl ta’ qabel kont fgajt moħħi B’sigarretti u kant li kont għażilt. ‘mma kebbist tal-ewwel u qatt nara tifel zgħir Jilgħab b’bott u jtih bis-sieq. Imbagħad qsamt it-triq u mort in-naħa l-oħra U xammejt riħa tal-Ħadd, tiġieġ jinqela. U, Sinjur, kif ħadni lura għal xi ħaġa li kont tlift Xi mkien, b’xi mod matul it-triq. Mal-bankina, l-Ħadd filgħodu Kemm nixtieq, Sinjur, li għadni mdamdam. Għax fil-Ħadd insib xi ħaġa Illi ġġegħelek tħossok waħdek. U barra l-mewt m’hemm xejn li jġegħlek Tħossok waħdek daqs il-ħoss Ta’ bankina f’belt qed tongħos U l-Ħadd filgħodu, nieżel nieżel. Fil-park viċin ilmaħt missier Ma tifla zgħira daħqana, ibandalha. U waqaft ħdejn knisja żgħira Nismagħom ikantaw dawk l-innijiet. Imbagħad tlaqt għal għonq it-triq Fil-bogħod it-tokki ta’ qanpiena waħdanija Kienu jidwu tul il-ħondoq Bħall-memorji jisparixxu tal-ħolm tal-bieraħ. | Entry #14992 — Discuss ![]()
|